Nesploraw Avventuri Teknoloġiċi: Vjaġġ ta’ Solutions Architect fil-MITA
Lorraine Barbara
Qatt ħsibt kif it-teknologija u il-computers jintużaw mill-gvern? Tajjeb, ħa ngħidlek dwar il-vjaġġ tiegħi bħala Solutions Architect fil-MITA, l-Aġenzija Maltija tal-gvern għat-Teknoloġija tal-Informatika!
Il-MITA hija bħal superhero għall-affarijiet kollha tat-teknoloġija fis-settur pubbliku ta’ Malta. Bħala Solutions Architects, jien u t-tim tiegħi niżguraw li l-gerijiet diġitali kollha jibqgħu jduru bla xkiel għall-Gvern Malti. Ix-xogħol tagħna huwa ta’ sodisfazzjon kbir, fejn aħna inkarigati li nħarsu u nghassu il-pjattaformi teknoloġiċi kollha li juża l-Gvern ta` Malta. Immaġina li tgħaqqad ħafna logħobiet tal-kompjuter differenti, kull wieħed bir-regoli u l-isfidi tiegħu. Hekk inħossni meta mmexxi dawn il-pjattaformi!
Ix-xogħol tagħna mhuwiex biss meħtieġ biex insolvu xi problema li tkun inqalat. Ir-rwol tagħna huwa bħal dak ta detective, dejjem infittxu l-aħjar soluzzjonijiet biex niżguraw li kollox jimxi bla xkiel skond r-regoli definiti. Irridu nkunu attenti biex niżguraw li kull soluzzjoni teknoloġika tagħmel sens u tgħin lill-gvern jagħmel xogħolu aħjar. L-imħabba tiegħi għat-teknoloġija bdiet meta kont għadni tifla, kont immur fil-workshop tan-nannu tiegħi li kien elettriċista, u dejjem kont nistagħġeb bl-għodod kollha li kellu. Anke jekk l-impjiegi fit-teknoloġija huma l-aktar assoċjati mall-irgiel, kont naf li ridt nidħol fid-dinja tax-xogħol fil qasam tal-inġinerija u t-teknoloġija.
Wara li ħdimt f’kumpaniji oħra tat-teknoloġija, ngħaqad mal-MITA li għalija kienet qisha tidħol f’livell ġdid ta’ avventura. Il-MITA tagħtni l-opportunita li nesplora kull tip ta’ teknoloġiji differenti u nitgħallem affarijiet ġodda li qatt ma kont naf bihom. Barra mit-teknoloġija, jien ukoll għandi passatempi li huma l-pittura u l-qari. Dawn il-passatempi jgħinuni neċċella u noħroġ b’ideat ġodda, kemm għax-xogħol kif ukoll fil-ħajja personali tiegħi.
Għalhekk, li nkun Solutions Architect mhuwiex biss xogħol imma huwa l-mod tiegħi kif nuża t-teknoloġija biex intejjeb is-servizz li l-Gvern Malti jagħti liċ-ċittadini tiegħu. L-għan huwa li nkomplu nmexxu l-quddiem b’teknologiji moderni, nagħtu servizz aktar effiċjenti li finalment ndaħlu it-teknoloġija f’kull parti tal-Gvern ta’ Malta.