Il-Karriera tiegħi bħala Associate Software Developer fil-MITA

by | Apr 9, 2024

Bethany Vella

L-esperjenza tiegħi mal-MITA bdiet f’Lulju tal-2020 meta inaqgħadt bħala studenta permezz tal-ICT Traineeship Summer Scheme, sakemm f’Lulju tal-2023 bdejt naħdem full-time bħala Associate Software Developer mat-tim tat-Taxxa fid-dipartiment tal-Programme Management. 

Normalment, il-ġurnata tax-xogħol tiegħi tikkonsisti f’diversi xogħlijiet . Fost dawn jiena nkarigata li nsolvi problemi li jinqalaw minn żmien ghall-ieħor fuq sistemi diġà eżistenti biex niżguraw li s-sistemi jibqaw aġġornati mat-teknoloġiji kurrenti u dawk ġodda.  Ir-rwol tiegħi jikludi ukoll li ngħin lil-klijent fuq problemi li jaffaċċaw waqt li jkunu qedin jużaw s-sistemi tagħna kif ukoll naħdem fuq l-introduzzjoni ta sistemi ġodda li jtejbu  s-servizzi mogħtija mill-gvern Malti.  . Sabiex niżguraw li s-servizz mogħti huwa ta` l-aqwa kwalità, parti min xogħli hu li jsir ġbir ta informazzjoni fuq sistemi ġodda u kif wkoll xogħol ta’ testing li jkun sar mill-kollegi tiegħi. Minn dejjem kelli ix-xewqa li naħdem fil-qasam tal-Informazzjoni u Tekonoloġija (IT) iżda ma kellix biżżejjed tagħrif fuq l-opportunitajiet li jeżistu f’dan is-settur. Sa minn ċkuniti, it-teknoloġija dejjem kienet xi ħaġa li taffaxinani.  Fil-primarja u fl-ewwel sentejn tas-sekondarja, l-ICT kien is-suġġett favorit tiegħi.  Meta ġejt biex nagħmel l-għażla tiegħi għaż-żewġt suġġetti biex nistudjhom fl-aħħar tlett snin tas-Sekondarja, kienet deċiżjoni faċli ħafna li nagħżel il-Computer Studies u Vocational IT.  Wara li ksibt l-O’Levels, komplejt l-studji tiegħi ġewwa l-MCAST.  Għamilt sentejn Advanced Diploma in IT fejn kellna varjetà ta’ suġġetti differenti fil-qasam tal-IT.  L-iktar suġġetti għal-qalbi kienu dawk li jikkonsistu fil-coding. Dan wassalni biex meta ġejt biex nagħżel il-baċellerat tiegħi, komplejt bl-studji tiegħi ġewwa l-MCAST fuq Software Development.  F’Novembru li għadda b’success iggradwajt fil- Bachelor’s of Science in Software Development. B’din il-kisba, jien stajt nidħol naħdem mal-MITA bħala Associate Software Developer. Għalkemm għal bidu ma kelliex idea ċara dwar il-karriera  tiegħi fl-IT,  li illum il-ġurnata ninsab kuntenta li komplejt fuq din il-linja, għaliex ix-xogħol li naħdem fuqu huwa ta importanza nazzjonali, ta` importanza liċ-ċittadin Malti sabiex jiffaċilita l-ħajja u xogħol tagħhom.  Dan huwa ta  sodisfazzjon kbir għalija personali.

Bhala Bethany fil hajja personali tieghi waqt il-ħin liberu nħobb nqatta l-ħin nesperimenta bil-make-up u nsegwi l-moda. Peress li x-xogħol tiegħi jikkonsisti b’tul ta’ ħin bilqiegħda, nipprova nżomm ruhi attiva billi mmur l-gym. Apparti min hekk inħobb ħafna s-safar u nzur numru ta` destinazzjonijiet madwar id-dinja, l-iktar ġewwa l-Ewropa.

 

subscribe

Receive the 

latest updates

on open positions.

You have Successfully Subscribed!