Il-vjaġġ tiegħi minn Technician għal Konsulent fil-MITA

by | May 10, 2024

Marnick Gatt

Il-vjaġġ tiegħi fl-qasam tat-teknoloġija beda b’ Diploma fl-“Industrial Electronics”.  Wara li ggradwajt ħdimt għall-tnax-il sena fis-settur privat bħala tekniku fl-industrija tal-manifattura. Wara ftit ta’ snin tħajjart nerġa` nibda nistudja fejn applikajt għal Degree fis-“Software Development”.  Illum din saret il-linja professjonali tiegħi ġewwa l-Agenzija tal-MITA.   

Matul l-istudji tiegħi, iltqajt ma diversi studenti oħra li kienu impjegati mal-MITA, fejn kellmuni dwar il-proġetti kbar u ta’ livell nazzjonali li huma kienu qed jaħdmu fuqhom.  Din kienet waħda mir-ragunijiet li ħajritni biex napplika biex jien ukoll nidħol naħdem mal-MITA.   Bħala Agenzija, il-MITA tħaddan l-aħjar prattiki fl-industrija tal-ICT fit-twettiq tal-proġetti tagħha fuq skala nazzjonali. Il-MITA offrietli ambjent fejn stajt inħallat l-esperjenza preċedenti tiegħi mal-passjoni ġdida tiegħi fil-qasam tas-Software Development.

 

Il-MITA tatni l-opportunita li nikber kemm personalment kif ukoll professjonalment.   Permezz tal-appoġġ li sibt, komplejt l-istudji tieghi fejn iggradwajt f’Executive Masters in Business Administration.  Dan ic-certifikat għeni inkabbar is-sett ta’ ħiliet tiegħi, specjalment fil-qasam ta’ gestjoni tal-progetti kemm mil-lat tekniku kif ukoll minn dak finanzjarju.

 

 

Flimkien mal-kollegi tiegħi nisħaq bi kburija ix-xogħol u l-kisbiet li rrnexxilna niksbu fil-qasam tat-teknoloġija. Bħala tim ġewwa il-Programme Management Department (PMD) naħdmu flimkien fuq diversi proġetti ta’ valur nazzjonali.  Bi pjaċir ngħid li konna ta’ spalla għad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali, sabiex iwettaq it-tibdil neċessarju li kkatalizza t-trasformazzjoni diġitali tiegħu. Wieħed mill-aktar proġetti għal qalbi huwa il-MySocialSecurity.  Din is-sistema tippermetti liċ-ċittadini jaċċessaw varjetà ta’ servizzi personalizzati online tas-Sigurtà Soċjali. Mill-menu li hemm, wieħed jista’ jaċċessa kalkulatur tal-benefiċċji online mill-kumdita tad-dar tiegħu stress.  Din l-applikazzjoni  qalgħet diversi rikonoxximenti fejn fost oħrajn  rebħet il-premju bħala l-aħjar soluzzjoni diġitali fil-premjijiet tas-Servizz Pubbliku 2023.

 

Il-vjaġġ tiegħi ġewwa l-MITA kien tassew trasformattiv. Il-MITA pprovdietli pjattaforma fejn id-dedikazzjoni, flimkien mal-ħsieb, jista jwassal għal tkabbir u twettiq ta’ dak li tixtieq fil-karriera tiegħek għall- benefiċċju tal- pajjiz u iċ-ċittadini tagħha.

subscribe

Receive the 

latest updates

on open positions.

You have Successfully Subscribed!